Innrażnu l-prezzijiet

L-S&D jipproponu Pakkett ta’ Solidarjetà tax-Xitwa għan-nies u n-negozji biex jgħinuhom f'din il-kriżi soċjali u ekonomika li ġġib magħha l-gwerra ta’ Putin kontra l-Ukrajna. Dan il-pjan tassew progressiv u soċjalment ġust jipprevedi 15-il soluzzjoni biex jiġu żgurati s-solidarjetà u l-ġustizzja, miżuri ta’ enerġija adegwati biex ibaxxu l-prezzijiet, u tarka soċjali b’saħħitha.

bring the bills down
solidarity
SOLIDARJETÀ
1
Pakkett ta' Solidarjetà għax-Xitwa mill-UE biex jappoġġa lin-nies kif ukoll lin-negozji żgħar u medji li qed jitħabtu bi spejjeż tal-ħajja li qed jogħlew. Dan l-appoġġ għandu jinkludi:
  •               €100 biljun ta' appoġġ immedjat għall-familji l-aktar milquta mill-faqar enerġetiku;
  •               miżuri immedjati ta' appoġġ għad-dħul taħt il-Fond Soċjali għall-Klima;
  •               kapaċità fiskali permanenti;
  •               fond permanenti tal-UE għall-impjiegi (SURE*);
  •               self għall-SMEs

*SURE huwa l-istrument Ewropew għall-appoġġ temporanju biex jittaffew ir-riskji tal-qgħad f'emerġenza.

2
Politika fiskali adegwata tal-UE, li tinkludi:
  • l-estensjoni tal-klawżola li tippermetti l-flessibbiltà massima tar-regoli fiskali sakemm ikun meħtieġ, u
  • l-eżenzjoni ta' miżuri mmirati relatati mal-kriżi tal-enerġija mill-kalkolu tad-defiċit fi ħdan ir-regoli fiskali.
3
Estensjoni tal-kontribuzzjoni ta' solidarjetà, li issa hija meħtieġa biss mis-settur tal-enerġija, għas-setturi kollha li jibbenefikaw minn profitti mhux mistennija, u għall-inqas għas-setturi bankarji u farmaċewtiċi.
4
Tispiċċa Il-veto ta' Orbán fuq it-taxxa minima għall-kumpaniji multinazzjonali.
bills down
INNIŻLU L-PREZZIJIET TAL-ENERĠIJA
5
Il-limitu tal-prezz fuq l-importazzjonijiet tal-gass biex jorħos il-kontijiet għall-konsumaturi. Il-limitu għandu japplika kemm għall-gass tal-pipeline kif ukoll għall-LNG u għandujiġu nnegozjati ma' pajjiżi terzi affidabbli.
6
Tkissir temporanju tar-rabta bejn il-prezzijiet tal-gass u l-elettriku biex immedjatament itaffu l-piż tal-kontijiet tad-dawl.
7
Projbizzjoni tal-ispekulazzjoni u l-manipulazzjoni fis-suq tal-gass.
8
Nixtru l-enerġija flimkien bħala UE, skont il-mudell użat biex jinxtraw il-vaċċini fil-pandemija tal-Covid-19, biex tiżdied is-setgħa ta' negozjar tal-UE u jiksbu prezzijiet negozjati aktar baxxi ma' pajjiżi terzi affidabbli.
9
Spinta lill-investiment fil-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli u l-interkonnessjonijiet tal-gass u l-elettriku.
10
L-iżgurar tal-iffrankar tal-enerġija.
protect people
IL-PROTEZZJONI TA’ NIES VULNERABLI
11
Spinta s-salarji b'pagi minimi diċenti. L-Istati Membri għandhom jibdew jimplimentaw il-liġi Ewropea l-ġdida dwar il-pagi minimi immedjatament.
12
L-iżgurar ta' dħul minimu adegwat. Ir-rakkomandazzjonijiet Ewropej iridu jsiru liġi biex jiggarantixxu li kull persuna fl-Ewropa tkun koperta minn skema ta’ dħul minimu u li l-pensjonijiet jiżguraw dħul ogħla mil-linja tal-faqar.
13
Tiżgura d-dritt għal dar sħuna. L-iskonnettjar ta' nies vulnerabbli mill-gass u l-elettriku għandu jkun ipprojbitgħax li jkollok sħana u elettriku affordabbli huwa dritt bażiku. Ħadd m'għandu jkollu bżonn jagħżel bejn l-ikel, it-tisħin u t-tkessiħ. Dan għandu jinkludi wkoll reviżjoni tal-leġiżlazzjoni biex jiġi żgurat l-aċċess għal servizzi essenzjali, bħall-enerġija, it-trasport, l-ilma u s-sanità.
14
Il-ħarsien tat-tfal mill-faqar permezz ta’ skema msaħħa ta’ Garanzija tat-Tfal Ewropej b’finanzjament iddedikat ta’mill-inqas €20 biljun.
15
Jorganizza Summit Soċjali ġdid biex ilaħħaq mas-sitwazzjoni soċjali u ekonomika straordinarja.
Isma' l-podcast tagħna biex titgħallem aktar!

Kif jista' jkun li l-prezzijiet tal-enerġija qed jogħlew b'mod qawwi filwaqt li ma nistgħux inħallsu l-kontijiet tagħna? Għandek tispekula fuq l-enerġija? Għandek tispekula fuq il-ħobż u l-ikel? Poġġi bilqiegħda mal-viċi presidenti tal-S&D Mohammed Chahim u Biljana Borzan biex niddiskutu s-soluzzjoni għall-kriżi tal-prezz tal-enerġija.

Publications
Il-pjan ta’ solidarjetà tax-xitwa ta’ S&D Group biex inaqqas il-kontijiet bi 15-il soluzzjoni għan-nies u n-negozji
Inniżlu il-kontijiet - proposti S&D